| Active
Users
5
Unique Visitors
123556
|
|
|
|
>>
| Military Mtarfa |
This event is being organised by the Mtarfa Local Council and the Parliamentary Secretariat for Public Dialogue and Information

|
| Posted
on
Monday, May 11, 2009
at
13:59
|
|
|
| LAQGHA ZGHAZAGH |
Laqgħa għaż-żgħażagħ – Opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea
Nhar il-Ġimgħa 20 ta´ Frar 2009, il-Kunsill Lokali Mtarfa sejjaħ laqgħa għaż-żgħażagħ tal-lokal fis-sala tal-Kunsill. Din hija waħda minn sensiela ta´ laqgħat li l-Kunsill jixtieq jorganizza ma´ kull settur tas-soċjetá. Din il-laqgħa saret fuq inizjattiva tal-Kunsillier Anatole Scerri Diacono, li huwa responsabbli miż-żgħażagħ, kultura u edukazzjoni. Matul din il-laqgħa ż-żgħażagħ ingħataw informazzjoni dwar opportunitajiet li jeżistu fl-Unjoni Ewropea. Il-kelliema f´din il-laqgħa kienu l-Kunsillier Anatole Scerri Diacono, is-Sur Cyrus Engerer, is-Sinj. Maria Schembri mill-MEUSAC u s-Sinjura Rosanne Galea. Fl-istess laqgħa, tliet studenti minn Arvidsjaur fl-Isvezja, li fil-preżent qed jagħmlu esperjenza ta´ xogħol f´Malta, taw preżentazzjoni dwar din il-lokalitá li l-Kunsill Lokali Mtarfa qiegħed jippjana li jagħmel ĠemellaĠĠ miegħu. Flimkien magħhom kien hemm ukoll studenti oħra mill-Olanda. Matul il-laqgħa wkoll kienu murija numru ta´ ritratti ta´ skambji ta´ żgħażagħ organizzati mill-Kunsill Lokali San Lawrenz biex iż-żgħażagħ setgħu jifhmu aħjar il-possibiltajiet u opportunitajiet li jeżistu fi ħdan l-Unjoni Ewropea. F´diskors tal-għeluq li għamel is-Sindku, s-Sur Anthony Mifsud, fi tmiem il-laqgħa, irringrazzja lil kull min attenda u ħeĠĠeĠ għal aktar parteċipazzjoni fost iż-żgħażagħ u biex ma jitilfux l-opportunitajiet li jeżistu. L-attendenza kienet numeruża u flimkien maż-żgħażagħ kien hemm ukoll numru ta´ mexxejja taż-żgħażagħ, inkluż il-Kappillan Fr. Reuben Micallef li ta kull għajnuna biex din il-laqgħa kienet suċċess. Il-laqgħa tmexxiet mis-Sur Paul Gatt, AĠent Segretarju Eżekuttiv.

|
| Posted
on
Wednesday, February 25, 2009
at
10:49
|
|
|
| BANDLI |
Il-Kunsill japplika formalment lill-MEPA biex jibni mill-ġdid il-bandli
Bi pjaċir inħabbru li l-Kunsill Lokali għadu kemm issottometta l-applikazzjoni lill-MEPA biex jibni mill-ġdid il-bandli. Dan huwa proġett kbir u ambizzjuż iżda, kif imwiegħed, il-Kunsill huwa determinat li jwettaq għalkemm f´fażijiet minħabba l-ispiża involuta. In-numru tal-permess huwa PA 447/09. Il-Kunsill Lokali Mtarfa qiegħed jagħmel dak kollu possibli biex appena jkollu l-permessi f´idejh, jagħmel sejħa għall-offerti immedjatament ħalli jaċċerta li x-xogħol ma jdumx wisq biex jibda.
|
| Posted
on
Wednesday, February 25, 2009
at
10:37
|
|
|
| SEHEM FIL HIDMA |
IS-SEHEM TIEGĦEK FIL-ĦIDMA TAL-KUNSILL FAVUR IL-KOMUNITÁ TAL-IMTARFA
Il-Kunsill Lokali Mtarfa jixtieq jorganizza tim ta´ nies ta´ talent mill-Imtarfa li huma lesti li jagħtu kontribut b´mod speċjali fejn jirrigwardaw attivitajiet organizzati.
Peress li l-Kunsill jemmen fil-kapaċitajiet u t-talenti tar-residenti tiegħu konvint li, anki jekk f´ħinijiet limitati, it-talenti ta´ kull wieħed u waħda minna jistgħu jissarrfu f´ħafna ġid għall-komunitá kollha.
Għal dan il-għan, dawk kollha involuti fid-drama, kant, żfin, tpinġija, sports, delizzji u kull ħaġa oħra li wieħed jista´ jaqsam ma´ dawk ta´ madwaru għandu javviċinana ħalli nkunu nistgħu niltaqgħu magħkom.
Tistgħu tagħmlu dan jew b´mod personali fl-uffiċċju, bit-telefon, permezz ta´ ittra jew fuq l-email mtarfa.lc@gov.mt.
Nemmnu li kulħadd għandu x´joffri u dak li tagħmel int huwa speċjali għalina. Ikkuntattjana!
|
| Posted
on
Wednesday, February 25, 2009
at
10:33
|
|
|
| MILITARY ASPECTS EXHIBITION |
 Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni
Military Aspects Exhibition
Il-Kunsill Lokali Mtarfa qiegħed jippjana li jorganizza attivitá kbira bl-isem Military Aspects Exhibition. Din se ssir fis-17 ta´ Mejju 2009. Kull min għandu xi ritratti, dokumenti, materjal u oġġetti oħra konnessi mal-Imtarfa fi żmien il-militar li jixtieq jesebihom f´din l-attivitá unika huwa mitlub jikkuntattja lill-Kunsill Lokali.
|
| Posted
on
Wednesday, February 25, 2009
at
10:26
|
|
|
| ATTIVITAJIET |
Attivitajiet suċċess – GRAZZI TAS-SEHEM TIEGĦEK!
Kif kulħadd seta´ jinnota, l-attivitajiet li organizza l-Kunsill Lokali Mtarfa fi żmien il-Milied kienu suċċess kbir u nistgħu ngħidu li kulħadd gawda minnhom. Nieħdu l-opportunitá għalhekk nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu speċjalment lil Melita Trains, li offrew is-servizzi tagħhom mingħajr ħlas, lill-Kappillan Fr. Reuben Micallef għall-kollaborazzjoni kbira li wera, lil numru ta´ sponsors, lill-management tad-Dar tal-Anzjani u tad-Day Centre, lid-Depiro Sports Centre u lill-Kumitat tal-Imtarfa FC. Il-Kunsill jieħu l-opportunitá jirringrazzja wkoll lill-Onor Prim Ministru, lill-Onor Dr Joe Cassar, lill-Onor Stefan Buontempo u lill-Dr Toni Abela talli għoġobhom jonorawna bil-preżenza tagħhom waqt l-attivitá tal-Anzjani.
|
| Posted
on
Wednesday, February 25, 2009
at
09:06
|
|
|
More News
|
|
|
|
|