Mtarfa Local Council - Coat of Arms Clock Tower
Background graphic
Active Users 7
Unique Visitors 124615
Locality News



L-ARLOĠĠ JERĠA JAĦDEM!
Wara li aktar kmieni ħabarna li beda l-proċess biex jibda jitħaddem mill-ġdid l-arloġġ, wara aktar minn sentejn li kien twaqqaf mill-Kunsill Lokali preċedenti, bi pjaċir ninnutaw li s-sitwazzjoni waslet fi stat avvanzat tant li mhux biss tħaddem iżda baqa’ għaddej kontinwament.

Kif konna ħabbarna wkoll ix-xogħol kollu jinvolvi proċess pjuttost twil u fil-fatt bħalissa qed ikun issettjat sakemm iżomm il-ħin tajjeb. Dan mhux l-uniku xogħol meħtieġ iżda qed isir xogħol ieħor delikat anki waqt li l-arloġġ ikun qed jaħdem biex fejn hu difettuż ikun imsewwi b’reqqa kbira.

Dan ix-xogħol qiegħed isir kollu b’mod volontarju u b’dedikazzjoni kbira mis-Sur Charles Pace u s-Sur Mario Agius.

Hemm aktar pjanijiet ta’ xogħol ta’ restawr bil-ħsieb li eventwalment ikun jista’ jitgawda aktar kemm mir-residenti kif ukoll mill-barannin.

Sadanittant kienu ħafna dawk li bagħtu ringrazzjamenti u tifħir lill-Kunsill għal dan ix-xogħol u xogħol ieħor li għaddej. Ħafna oħrajn ukoll għażlu li jagħmlu dan permezz tat-telefon.
Posted on Monday, September 01, 2008 at 16:46

IL-FERROVIJA FL-IMTARFA!
Bi pjaċir kbir ninnutaw li l-Imtarfa ġiet inkluża fir-rotta tal-ferrovija tar-roti li ġiet inawgurata mill-Prim Ministru nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Awissu. Dan mhux biss jagħmlilna ġieħ iżda jerġa jġedded l-istorja ta’ meta kienet introdotta l-ferrovija f’Malta bl-Imtarfa tkun propju waħda mill-waqfiet tagħha.

Is-servizz tal-ferrovija kien waqaf f’Marzu tal-1931. Ir-rotta kollha ta’ tmien kilometri, u li tieħu madwar 25 minuta, titlaq mir-Rabat fiċ-ċentru, tmur lejn Għar Barka, tidħol l-Imtarfa minn Triq l-Imtarfa, Triq San David, Triq il-Kavallier Vinċenzo Bonello, Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, fuq il-pont ta’ l-Istazzjon u t-telgħa lejn Triq il-Mużew.

M’hemmx dubju li r-residenti ta’ l-Imtarfa se jkunu qed jistennew bil-ħerqa d-daqq tal-qanpiena tal-ferrovija!

Wieħed jista’ jikseb aktar tagħrif billi jidħol fil-website ta’ Melita Trains fuq http://melitatrains.com
Posted on Monday, September 01, 2008 at 16:43

IL-ĦIDMA TIBDA TIDHER
Wara li l-Gvern Ċentrali assenja żewġ ħaddiema ta’ l-IPSL (ex-Dockyard) mal-Kunsill Lokali Mtarfa biex iwettqu xogħol ta’ manutenzjoni, immedjatament bdiet il-ħidma biex xogħol li kien prattikament waqaf, jerġa jaqbad ir-ritmu biex issir il-manutenzjoni meħtieġa.

Xogħol li beda jsir madwar l-Imtarfa kollha huwa dak ta’ żebgħa ta’ marki tat-traffiku. Fost dawn sar xogħol ta’ mmarkar fi Triq San David, Triq Santa Luċija, Triq San Oswald, Triq l-Anzjani u Triq l-Arloġġ.

Sar xogħol ukoll ta’ traqqiegħ (patching) f’diversi toroq inkluż iż-żona ta’ Pjazza Palma, Triq l-Istazzjon u Triq il-Kavallier Vincenzo Bonello.

Saru wkoll tiswijiet ta’ passaġġi u ċ-ċinta tal-kanal ta’ Triq il-Kavallier Vincenzo Bugeja.

Ix-xogħol fuq il-ġonna wkoll ħa spinta tajba għalkemm għadha qed issir pressjoni fuq il-kuntrattur biex itejjeb ċertu żoni.
Posted on Monday, September 01, 2008 at 16:41

XOGĦOL FUQ IL-BANDLI
Minkejja li ilu biss ftit ġimgħat minn kemm ilu li ġie elett il-Kunsill Lokali ġdid, diġà beda l-proċess biex eventwalment jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-bandli.

Ix-xewqa mir-residenti li xi darba jara dan il-bandli fi stat li jixraq hija kbira immens tant li kienet wegħda magħmula minn kull min ikkontesta l-aħħar elezzjoni tal-Kunsill li saret fl-24 ta’ Mejju 2008.
Għalkemm kien hemm pjanta li saret is-sena l-oħra, il-Kunsill ħass li din ma kinitx ta’ livell li tixraq lir-residenti; il-Kunsill ħass li r-residenti jixirqilhom ferm aħjar, anki jekk ikollu jagħmel dan b’diversi sagrifiċċji.

Kien għalhekk li, grazzi għall-ġenerożità ta’ resident ieħor, is-Sur Mario Cassar, li offra li jiddisinja pjanta ġdida, il-Kunsill imbarka fuq proġett ambizzjuż iżda li żgur għandu jissodisfa l-ħtiġiet tar-residenti.

Naturalment il-Kunsill preżenti jemmen ħafna fil-konsultazzjoni u għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jippreżenta disinni tal-proposti għall-proġett tal-bandli lir-residenti biex kulħadd ikollu l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu.
Posted on Wednesday, July 30, 2008 at 14:06

FULJETT TAL-KUNSILL
Bi pjaċir ninfurmawkom li fil-ġimgħat li ġejjin il-Kunsill se jkun qed jippubblika fuljett b’informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kunsill. L-isem tal-fuljett se jkun ‘Il-Ħolqa’.
Posted on Wednesday, July 30, 2008 at 14:05

BILANĊI TAL-FINANZI TAL-KUNSILL
Kif ħafna minnkom żgur jiftakru, jum biss qabel l-elezzjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Mejju 2008, l-ex-Sindku u Viċi-Sindku Josephine Abela u Antoine Vella, qassmu fuljett fejn fih iddikjaraw li l-Kunsill Lokali Mtarfa kienu ħallewlu bilanċ pożittiv ta’ aktar minn Lm80,000.

Il-Kunsill jixtieq jinforma li dan huwa l-bogħod ferm mill-verità u għalhekk fil-fuljett li se jkun ippublikat fi żmien qasir, se jkun fih l-informazzjoni korretta għas-sodisfazzjon tar-residenti kollha ta’ l-Imtarfa.

Posted on Wednesday, July 30, 2008 at 14:04

More News

 

 

Developed by Abakus Solutions


Copyright | Disclaimer | Privacy Policy | Links | Help | FAQ | Gov.mt | DOI | MJLG

 
Copryright - 2003 - Mtarfa Local Council - mtarfa.lc@gov.mt
This web-site was designed by Abakus Solutions
 
Home | Local Council: Members, Services, Mission Statement, Office | The Locality: History, Places of Iinterest, Churches & Chapels,
Send E-Card
| Contact Us | Search

Developed by: ABAKUS SOLUTIONS